Raġel ta’ 48 sena residenti Tal-Pietà qed isofri minn ġrieħi gravi, waral i lbieraħ għall-ħabta tad-8:45 kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Xingyue misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Wied il-Għajn.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ