Monday, May 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li ħabat fil-barrikati tat-triq fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li huwa Franċiż ta’ 60 sena qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li s-sewwieq ta’ mutur kien qiegħed isuq mutur tat-tip Yamaha, tilef il-kontroll u ħabat fil-barrikati tat-triq. Flimkien miegħu, kien hemm Franċiża ta’ 56 sena.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u s-sewwieq ta’ mutur flimkien mal-passiġġiera ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.

Aktar tard, il-mara kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief filwaqt li s-sewwieq ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja l-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport