Monday, May 13, 2024

Taljana bi ġrieħi gravi wara li tilfet il-kontroll tal-mutur fir-Rabat

Aqra wkoll

Taljana ta’ 43 sena qed issofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:30 p.m kienet involuta f’nċident tat-traffiku fi Triq is-Sajf ta’ San Martin fir-Rabat.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li l-vittma, waqgħet waqt li kienet qed issuq mutur tat-tip Kymco Agility. Magħha kien hemm riekeb ġuvni Taljan ta’ 15-il sena li fortunatament ma ġarrabx ġrieħi.

Is-sewwieqa ta’ mutur ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport