Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 37 sena residenti r-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li llum għall-ħabta tas-7:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Isuzu D Max misjuq minn raġelta’ 27 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, u mutur Kentoya misjuq mill-vittma.

Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u s-sewwieq tal-mutur ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport