Taljan ta’ 40 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 11.45a.m., fi Triq Edgar Bernard, il-Gżira.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Vauxhall Astra misjuqa minn mara ta’ 48 sena, residenti l-Imsida u mutur tat-tip Suzuki GSXS, misjuq mit-Taljan.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.