Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Aqra wkoll

Sewweq ta’ mutur ta’ 43 sena residenti Ħal Luqa qed iisofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-5:45 p.m, kien involut f’inċiident tat-traffiku fi Triq Diċembru Tlettax, fl-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Hyundai I10 misjuqa minn Pollakk ta’ 27 sena u mutur Sunra Anger-S misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport