Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġnejna, fl-Imġarr
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Mellieħa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.