Monday, May 13, 2024

L-impjiegi full time ammontaw għal 271,305 f’Ġunju 2023

Aqra wkoll

Ċifri uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Ġunju ta’ din is-sena l-impjiegi full-time ammontaw għal 271,305,  żieda ta’ 7.6 fil-mija fuq Ġunju 2022. Ix-xogħol part-time bħala impjieg primarju żdied ukoll b’3.9 fil-mija u ammonta għal 34,023,  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022. 

L-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’9.5 fil-mija u laħqu l-220,092. L-impjiegi full-time fis-settur pubbliku żdiedu wkoll b’0.2 fil-mija minn Ġunju 2022 għal total ta’ 51,213.

F’Ġunju 2023 kien hemm 164,428 irġiel f’impjiegi full-time, filwaqt li dawk għan-nisa żdiedu b’7.3 fil-mija u laħqu l-106,877.

Id-dejta amministrattiva pprovduta minn Jobsplus turi li, fuq perjodu ta’ sena, il-provvista tax-xogħol, esklużi l-impjiegi part-time, żdiedet b’7.5 fil-mija, u laħqet 272,180. Dan kien attribwit prinċipalment għal żieda sena wara sena fl-impjiegi reġistrati full-time (19,165) u tnaqqis fil-qgħad reġistrat (79).

L-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’19,084 persuna għal 220,092, filwaqt li l-impjiegi full-time fis-settur pubbliku żdiedu b’81 persuna għal 51,213.

In-numru ta’ persuni rreġistrati bħala self-employed full-time żdied b’743 fuq dak reġistrat f’Ġunju tal-2022, filwaqt li n-numru ta’ persuni rreġistrati bħala impjegati żdied bi 18,422. 

L-impjiegi part-time reġistrati f’Ġnju 2023 żdiedu b’7.1 fil-mija meta mqabbla max-xahar korrispondenti fl-2022. In-numru ta’ ħaddiema part-time li kellhom ukoll impjieg full-time kien jammonta għal 40,599.

Sport