Wednesday, July 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 24 sena residenti Santa Venera qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta. tal-5:15 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irrizulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Qormi u mutur Peugeot Tweet misjuq
mill-vittma.

Is-sewwieq ta’ mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport