Friday, July 26, 2024

Jomic Calleja Maatouk jinstab fil-Libja u martu tinstab mejta

Aqra wkoll

Jomic Calleja Maatook, ir-raġel li kien jinsab fuq il-lista tal-aktar persuni imfittxija fl-Ewropa ġie arrestat fil-Libja. Huwa mifhum li huwa ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija.

Intant martu, Marzia Maatouk, li wkoll kienet imfittxija u kelha ordni ta’ arrest internazzjonali instabet bla ħajja f’post fejn jidher li kienu qegħdin joqogħdu l-koppja fil-Libja.

Huwa mifhum li dan l-arrest kien possibli permezz tar-relazzjoni u ko-ordinazzjoni b’saħħitha bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Libjani.

Ekonomija

Sport