Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fin-Naxxar

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ta’ 29 sena u residenti l-Gżira qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li s-sewwieq ta’ mutur, kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki, tilef ilkontroll u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport