Indjan ta’ 29 sena qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tan- 00:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Keeway, tilef ilkontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.