Saturday, May 18, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi ħfief wara li kien involut f’inċident fir-Rabat

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 41 sena u residenti r-Rabat qed isofri minn ġrieħi ħfief, wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7.20 a.m kien nvolut f’inċdent tat-traffiiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħe ħabta bejn karozza tat-tip Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti r-Rabat stess u mutur tat-tp Tweet misjuq mill-vittma

Is-sewwieq ta’ mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport