Raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar sofra ġreħi serji f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Bormla.
Il-Pulizija ġew infurmati għall-ħabta tad-8.45 p.m. li seħħet ħabta fi Triq San Ġwann t’Għuxa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Honda misjuq mir-raġel ta’ 54 sena u Hyundai I30 misjuqa min raġel ta’ 34 sena residenti l-Imsida.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.