Monday, July 7, 2025

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Mosta

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti r-Rabat u mutur Suzuki misjuq minn Indjan ta’ 30 sena u jgħix Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport