Aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar, Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid kellu jingħalaq għat-traffiku minħabba inċident stradali.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ inewsmalta li raġel ta’ 65 sena residenti Birżebbuġa għal xi raġuni baqa’ dieħel f’barrier u konsegwentament tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq. Miegħu passiġġiera kien hemm mara ta’ 59 sena residenti Birżebbuġa.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew liż-żewġ persuni sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
Aktar tard irriżulta li r-raġel kien sofra minn ġrieħi serji, filwaqt li l-mara sofriet minn ġrieħi gravi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta waqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga l-inċident.