Wednesday, July 24, 2024

Aktar minn 3,000 ittestjati … 184 każi ġdid… Ifiqu 82 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-3,298 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 184 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 82 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa żdied għal 2,322.

Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 49 persuna pożittiva wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 20 każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 18-il persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u 15-il każ minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport