Friday, November 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fix-Xagħra

Aqra wkoll

Raġel ta’ 50 sena mix-Xagħra Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tal-10.30am kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xagħra stess.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-inċident seħħ fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Ducati misjuq minn raġel ta’ 50 sena u vettura oħra Isuzu TFS misjuqa minn raġel ta’ 47 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti ix-Xagħra stess.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed L-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgitte Sultana LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport