Sunday, May 4, 2025

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li ħabat f’arblu fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel min-Nepal ta’ 43 sena u residenti l-Imsida, għal xi s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (1430hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kymco, tilef il-kontroll u ħabat f’arblu.Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt.

Bl-inċident ġie infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport