Monday, July 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiqu fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kymco misjuq mill-vittma u vann tat-tip Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Mosta.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport