Sewwieq ta’ mutur li għandu 18-il sena u residenti r-Rabat jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:00 a.m, kien involut f’inċident f’Ta’ Qali.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. Huwa kien assistit minnufih minn tim mediku li kien prezenti fil-post u ttieħed l-isptar għal aktar assistenza permezz t’ambulanza.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.