Xufier ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.50 a.m. fi Triq il-Fortizza.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi mutur Kawasaki 125 li kien misjuq minn raġel barrani li jgħix il-Mellieħa stess u karozza tat-tip Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa wkoll.
Ir-raġel ittieħed l-Isptara Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.