Sunday, November 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 64 sena residenti s-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti San Ġiljan u mutur Piaggio Vespa misjuq
mill-vittma.

Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza għal aktar kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport