Friday, December 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-9:40 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Tessuti, ix-Xewkija. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha 250, misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti x-Xagħra u vettura Mistubishi Pajero misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti s-Sannat. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għadewx għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport