Saturday, November 23, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Balzan kellu jittieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei għal ġrieħi li sofra f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-7.45 p.m. fi Triq Ħal Far.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur Kawasaki li kien qed isuq u waqa’.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport