Wednesday, July 24, 2024

Żewġ nisa jispiċċaw l-isptar wara li jittajru minn karozza

Aqra wkoll

Żewġ nisa ta’ 55 u 59 sena residenti l-Ħamrun, kellhom jittieħdu għal kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi li sofrew wara li ntlaqtu minn vettura. 

L-inċident  seħħ ilbieraħ għaIl-ħabta tat-3.15 p.m., fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittmi ntlaqtu minn vettura Toyota Vitz li kienet qed tintsaq minn raġel ta’ 33 sena li joqgħod il-Ħamrun. 

Il-vittmi ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdu b’ambulanza l-isptar. Il-mara ta’ 55 sena ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ta’ 59 sena għandha ġrieħi ħfief. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport