Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-7:15 a.m. fi Triq Dun Karm, Birkirkara.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li kienet seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Ford Fiesta misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti San Pawl il-Baħar, u mutur misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Gudja.
Is-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħi u ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fil-post sakemm aktar tard seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.