Tuesday, April 30, 2024

Aaron Busuttil jikkwalifika waqt it-tieni event tal-Q School

Aqra wkoll

Il-player tas-Snooker Aaron Busuttil il-bieraħ kompla l-impenji tiegħu f’Leicester l-Ingilterra din id-darba waqt it-tieni Q School Event. Huwa għeleb lill-Ingliż Neil Craycraft 4-3 (66-70, 49-73, 61-35, 97-8, 48-73, 71-5 u 63-11).

Kien Craycraft li ħa vantaġġ iniżjali ta’ żewġ frames pero’ Busuttil żamm sew il-pass u rebaħ iż-żewġ frames suċċessivi iżda l-Ingliż reġa ħa kmand. Busuttil ried bilfors jirbaħ l-aħħar żewġ frames sabiex jakkwista l-kwalifikazzjoni għat-tieni round, kif fil-fatt għamel. 

Busuttil issa jerġa jilgħab għada is-Sibt kontra Steven Hallworth tal-Ingilterra. 

Mill-ewwel Q School Event dawk li kkwalifikaw kienu Alexander Ursenbacher tal-Isvizzera, l-Ingliż Andrew Higginson, Andrew Pagett ta’ Wales kif ukoll iż-żgħażugħ Ingliż ta’ 17 -il sena Liam Pullen li f’Marżu li għadda f’Malta kien tilef il-finali tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-Amateurs ta’ Taħt it-18-il sena. Issa dawn l-erba’ plejers għandhom id-dritt li jikkompetu waqt il-Pro World Snooker Tour fl-istaġuni 2023/24 u 2024/25. Minnhom Pullen biss li qatt ma kien profesjonali.

Sport