Saturday, May 18, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza fil-Gudja

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dawret il-Gudja  fil-Gudja.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha T110 misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar u karozza tal-għamla Suzuki Swift misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti l-Għargħur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport