Saturday, May 4, 2024

Ta’ Stella Maris se jixegħlu x-Xatt ta’ Tas-Sliema bix-show Stars of Fire

Aqra wkoll

Fl-aħħar snin, dawk kollha li rħewlha lejn ix-Xatt ta’ Tas-Sliema, għall-ħabta tat-tielet weekend ta’ Awwissu, ssaħħru bil-ġmiel tax-show tan-nar li jafu joffru ta’ Stella Maris. 

Bħal donna saret drawwa, li għal festa ad unur Marija Kewkba tal-Baħar, f’Tas-Sliema, il-membri li jagħmlu parti mill-Għaqda tan-Nar Stella Maris, iħejju show tan-nar mill-isbaħ, bl-isem ta’ Stars of Fire u li kiseb fama mal-Maltin.  

Talk.mt, tkellem ma’ Walter Arciola, wieħed mill-membri attivi fi ħdan din l-Għaqda fejn staqsejnih wieħed x’għandu jistenna minn dawn ix-show tan-nar. 

Huwa qal lil dan il-portal li x-show, li mistenni jdum madwar 20 minuta, se jkun fih diversi elementi pirotekniċi ta’ kull daqs, fosthom fjammi, żbroffi, blalen, sfejjer, forom u beraq fost oħrajn.

Arciola, ħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festi u l-piroteknika biex nhar is-Sibt, 19 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-11:00 jerħulha lejn ix-Xatt Tas-Sliema biex jaraw show tan-nar mill-isbaħ sikronizzat mal-mużika. 

Sport