Thursday, December 26, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza fiż-żejtun

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Zammit kantuniera ma’ Triq l-Isqof Antonio Zahra, fiż-Żejtun. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Aprilia Sport City, misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa, u Toyota Passo, misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti ż-Żejtun. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport