Friday, December 27, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ vann f’Burmarrad

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, Burmarrad.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Triumph misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vann Peugeot Partner misjuq minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport