Friday, December 27, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena mill-Pakistan kellu jittieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7.30 p.m. fi Triq l-Ewwel Titjira 1915.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li l-vittma, li kien qed isuq mutur Kymco Agility, ħabat ma’ karozza tat-tip Suzuki vitara misjuqa minn mara ta’ 47 sena, residenti Birkirkara.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport