Thursday, December 26, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident bejn tliet vetturi f’Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tat-7:45 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda CRF misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti s-Siġġiewi, Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura Citroen C3 misjuqa minn Taljan ta’ 31 sena residenti Ħal Lija. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, Toyota Passo ġarrbet ukoll xi ħsarat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport