Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Annunzjata f’Ħal Tarxien.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti Ħal Tarxien u mutur misjuq minn raġel ta’ 29 sena.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport