Monday, May 13, 2024

Il-gvern favur diskussjoni fil-Parlament ladarba jintemm ir-rapport u jiġi pubblikat

Aqra wkoll

“Il-Gvern hu interessat li l-Parlament ikun tassew għodda fit-tisħiħ tas-sistemi u l-liġijiet ta’ pajjiżna.” 

Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, li huwa l-Leader of the House, f’ittra mibgħuta lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia. 

Din l-ittra nbagħtet wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech enfasizza dwar il-bżonn li jitlaqqa’ l-Parlament b’urġenza minħabba l-allegat skandlu tal-invalidità, wara li bagħat ittra mimlija allegazzjonijiet għal-liema ittra l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rreaġixxa biex jekk hemm min għandu l-fatt jippubblikahom mill-aktar fis. 

Id-Deputat Prim Ministru sostna li l-Gvern irid diskussjoni sħiħa fil-Parlament u allura jrid li dan ir-rapport jiddiskutih fl-istrutturi Parlamentari, biex il-Parlament ukoll ikollu rwol fit-tisħiħ ta’ dan il-proċess.  

Intqal li din id-diskussjoni għadha ssir mal-mument li jkun lest ir-rapport tal-Bord, li se jkun ippubblikat minnufih u mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra skont kif imwiegħed mill-gvern.

Sport