Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.15am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn moped Surron Light Bee misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti Ħal Tarxien u mutur
Honda NSC110 misjuq minn Libjan ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, ix-xufier tal-mutur ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.