Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-12:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq Durumblat fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Kymco Agility mijsuqa minn Pakistani ta’ 38 sena u karozza Perodua Kelisa misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti r-Rabat.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.