Tuesday, November 12, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident ma’ vettura li baqgħet sejra f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. 

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn Pakistan ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura, li telqet minn fuq il-post tal-inċident. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku fil-post sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qed ssir tfittxija għall-vettura involut fil-ħabta. 

Ekonomija

Sport