Saturday, May 18, 2024

Alexandre Lacazette se jħalli lil Arsenal bi free transfer

Aqra wkoll

Arsenal ikkonfermaw li Alexandre Lacazette se jkun qed iħalli lill-club meta jiskadielu l-kuntratt fl-aħħar tax-xahar.

Il-player ta’ 31 sena ngħaqad mal-Gunners għal somma ta’ £44.7m fis-sajf tal-2017 u kompla biex għamel 206 dehra mal-club minn Londra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Lacazette skorja 71 goal u pprovda 36 assist għall-Gunners f’dak iż-żmien, waqt li ħadem taħt il-gwida tal-managers Arsene Wenger, Unai Emery, Freddie Ljungberg u Mikel Arteta matul l-aħħar ħames snin.

Sport