Friday, July 24, 2026
Home Sport Tottenham mhux se jiffirmaw lil Paulo Dybala

Tottenham mhux se jiffirmaw lil Paulo Dybala

0
716

Minkejja l-interess qawwi ta’ Tottenham Hotspur għas-servizzi ta’ Paulo Dybala, issa sar magħruf li rtiraw minnu.

Dybala se jinħall mill-kuntratt ta’ Juvenuts fi tmiem l-istaġun wara li ma ntlaħaqx ftehim għal wieħed ġdid wara li huwa talab għal paga ta’ €375,000 fil-ġimgħa.

Għaldaqstant huwa jista’ jinnegozja t-trasferiment tiegħu hekk kif bosta clubs iridu l-firma tiegħu, fosthom Inter, Roma u proprju Tottenham.

Iżda huwa qed jitlob salarju ta’ £280,000 fil-ġimgħa liema somma Spurs mhumiex lesti li jħallsu.