Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Gejtanu Mannarinu, Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara u Seat Ibiza misjuqa minn mara ta’ 31 sena, residenti Birkirkara wkoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.