Sunday, December 29, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Anzjan weġġa’ gravi wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Qormi stess, u mutur Kymco misjuq minn anzjan ta’ 77 sena residenti s-Siġġiewi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport