Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Fgura

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Hompesh, il-Fgura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Sumup misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Wied il-Għajn u vettura Mercedes E 270 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Fgura.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport