Tuesday, May 14, 2024

Romelu Lukaku viċin li jingħaqad ma’ Inter b’self

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Belġjan ta’ Chelsea, Romelu Lukaku, jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Inter, b’self għall-istaġun li ġej.

Iż-żewġ clubs mistennija jilħqu ftehim peró l-president ta’ Inter, Steven Zhang, qed  jipprova jbaxxi t-talba ta’ Chelsea … dik ta’ £10 miljun u £2 miljuni oħra f’bonuses.

Lukaku skorja 64 goal f’95 dehra matul is-sentejn tiegħu man-Nerazzurri bejn l-2019 u l-2021. Huwa ngħaqad ma’ Chelsea fi ftehim ta’ €113m sena ilu iżda rnexxielu biss jiskorja 15-il goal f’44 partita taħt ir-responsabbiltá tal-coach, Thomas Tuchel.

Sport