Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:30 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Lexmoto Valiant 125 misjuq, minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann u vettura, Daihatsu Terios misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport