Raġel weġġa’ gravi wara li aktar kmieni kien involut f’inċident tat-trafffiku li seħħ għall-ħabta tat-8:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Schembri fil-Ħamrun.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Citroen Dispatch, misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti Ħal Qormi, u mutur SYM Smphony, misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti Santa Venera.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei sakemm aktar tard seta’ jittieħed l-Isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.