Illum, għall-ħabta tal-3.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq John Adye, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel mill-Bożnija-Ħerzegovina ta’ 35 sena u residenti l-Għargħur u Isuzu Rodeo misjuq minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Marsa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.