Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar..

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Kymco Agility misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar stess u vettura li allegatament telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport