Friday, November 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tat-8:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard f’Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti Wied il-Għajn, u vettura Toyota Avensis misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Ekonomija

Sport